Membership costs just £3 per month
In-naħal u d-dakkara l-oħra huma essenzjali biex jitimgħu lill-poplu u biex iżommu l-kampanja f’saħħitha. It-tnaqqis tan-naħal, il-friefet, il-moths, il-hoverflies u l-insetti dakkara oħra qed jinħass madwar l-Ewropa u hija meħtieġa azzjoni urġenti biex din il l-kwistjoni tiġi ndirizzata u twaqqaf u treġġa’ lura dan it-tnaqqis- irridu li jerġa’ jkollna naħal, friefet, moths u hoverflies kullimkien!
Il-Kummissjoni Ewropea bdiet tiżviluppa inizjattiva ġdida: l-“Inizzjattiva Dakkara” - din għandha l-potenzjal li tibdel il-mod kif taħdem il-Politika Agrikola Komuni u li ttejjeb bil-kbir ir-regolazzjoni tal-pestiċidi, iżda hemm bżonn li l-Kummissjoni u l-politiċi tal-UE jaraw kemm iċ-ċittadini jagħtu importanza lin-naħal u d-dakkara sabiex: l-“Inizzjattiva Dakkara” tingħata prijorità u riżorsi adegwati.
Jekk jogħġbok imla l-formola ta’ konsultazzjoni u uri lill-UE li aħna rridu n-naħal tagħna lura!
IKKLIKKJA HAWNHEKK SABIEX TAPPOĠĠA LIN-NAĦAL SELVAĠĠI
Mistoqsijiet u għajnuna għat-tweġibiet
L-Ewwel Parti - Informazzjoni ġenerali dwar ir-respondent -
Mistoqsijiet speċifiċi għalik!
It-Tieni Parti – Id-dakkara u r-rwol tagħhom
Mistoqsija 1 + 2 – Mistoqsijiet speċifiċi għalik!
Mist.3 - Id-dakkara huma indispensabbli!
Ġustifikazzjoni -
- aktar dwar l-importanza tad-dakkara fir-rapport IBPES hawn.
Mist. 4 -
Huma biss ftit miljuni ta’ Ewro li jiġu investiti kull sena fl-appoġġ tal-flora selvaġġa u d-dakkara f'ambjenti agrikoli madwar l-UE, u għalhekk il-benefiċċju ta' €15 biljun li jipprovdu huma ta’ valur eċċellenti għall-flus li jkunu ntnefqu. Madankollu, peress li t-tnaqqis tad-dakkara qed ikollu impatt fuq il-produzzjoni tal-għelejjel (pereżempju fil-Finlandja), huwa ċar li l-investiment li qed isir huwa baxx wisq biex isostni dan is-servizz ta’ bijodiversità u ekosistema. L-investiment fid-dakkara għandu jiżdied sal-punt li l-popolazzjonijiet tad-dakkara jibdew jirkupraw.
Mist.5 -
Dakkara domestikati jikkontribwixxu ħafna inqas minn dakkara selvaġġi. Filwaqt li hemm ftit studji definittivi, l-estimi kollha juru li d-dakkara selvaġġi huma l-iktar li jdakkru l-għelejjel tal-beraħ u l-fjuri selvaġġi li huma mdakkra mill-insetti. Xi studji poġġew id-dakkara selvaġġi f'iktar minn 90%. Naħal domestikati jistgħu ikunu dakkara importanti ta’ uċuħ tar-raba' qrib l-ibliet u fis-serer. Naħla waħda solitarja tista’ tkun 300 darba aktar effettiva biex iddakkar l-inwar tat-tuffieħ minn naħla tal-għasel. Iżjed dwar naħal selvaġġi u domestikati hawn, hawn u hawn.
It-Tielet Parti - It-tnaqqis tad-dakkara, il-kawżi u l-konsegwenzi tiegħu
Mist. 6 –
Aħna naħsbu li t-tnaqqis tad-dakkara, kemm fil-kwantità, kif ukoll fid- diversità huwa - Allarmanti!
In-naħal, il-friefet u l-moths kollha qegħdin jonqsu bil-kbir, u hemm evidenza li dan it-tnaqqis jista’ jsir ħafna iżjed serju.
Mist. 7 –
Din hija mistoqsija ta’ sfida għal kull min mhux espert biex iwieġeb, għax hemm eluf ta' speċi ta’ dakkara u hemm mijiet ta' kawżi għat-tnaqqis tagħhom. Hawnhekk se nħarsu lejn l-importanza tal-kawżi ta’ dan it-tnaqqis.
1. Intensifikazzjoni tal-biedja
___ 1.1 Simplifikazzjoni ta’ ambjenti agrikoli (eż. Monokulturi) Importanti ħafna
___ 1.2 Żieda fir-ragħa/ ħsad ta’ mergħat Importanti għal Importanti ħafna (iżda huwa kkumplikat!)
___ 1.3 L-użu ta’ fertilizzanti Importanti ħafna
___ 1.4 L-użu ta’ pestiċidi Importanti ħafna
2. Abbandunar tal-art agrikola mhux importanti (jista’ jkun aktar fl-Ewropa tal-Lvant)
3. Urbanizzazzjoni Importanti
4. Tniġġis (inkluż it-tniġġis mid-dawl) Importanti ħafna
5. Speċijiet aljeni invażivi Importanti
6. Mard (eż. Patoġeni, parassiti) Importanti
7. It-tibdil fil-klima Importanti ħafna
8. Oħrajn Importanti *
* Filwaqt li din hija lista tajba, mhix komprensiva. Nuqqas ta’ protezzjoni għad-dakkara (eż. mhux imsemmija n-naħal fid-Direttiva dwar il-Ħabitats u għalhekk ma hemmx siti protetti għalihom), tiġdid tal-irziezet, l-żvilupp ta' siti brownfield, inkluż brownfield rurali, “eutrophication” atmosferika, l-estrazzjoni tal-pit, u n-nuqqas ta’ pjanijiet attivi ta' azzjoni biex isalvaw l-ispeċi fil-periklu, kollha jikkontribwixxu għal dan it-tnaqqis.
Mist. 8 –
Mistoqsija dwar l-impatti fuq il-ħajja privata tiegħek! Aħseb dwar inqas disponibbiltà tal-frott, iż-żieda fl-ispejjeż tal-ikel u s-sodisfazzjon li tara n-naħal, il-friefet u speċi oħra selvaġġi jitkattru.
Mist. 9-
Mistoqsija dwar l-impatti fuq il-ħajja professjonali tiegħek. Aħseb dwar l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-ikel, is-saħħa tal-ambjent, u r-riskji futuri assoċjati mat-tnaqqis kontinwu tas-servizzi mid-dakkara. X'impatt jista jkollu dan fuq ir-reputazzjoni, il-fatturat u l-funzjonament tal-organizzazzjoni tiegħek?
Ir-Raba’ Parti - Kif twaqqaf it-tnaqqis tad-dakkara
Mist. 10 -
‘Mhux tajjeb’ għal ‘Mhu tajjeb xejn’ - It-tnaqqis tad-dakkara huwa r-riżultat ta’ politika agrikoltura tal-UE li naqset milli ssostni l-ħajja selvaġġa. L-inizjattiva ‘ekoloġika' (greening) riċenti tal-UE suppost kellha tipprovdi benefiċċji għad-dakkara, iżda falliet meta fl-aħħar minuta, l-UE ddeċidiet li tħalli żoni ta' fokus ekoloġiku jiġu sprejjati bl-insettiċidi. L-UE naqset milli tassigura iżjed riżorsi milll-fondi tal-PAK għall-inizjattivi favur id-dakkara. Ukoll m’hemmx naħal imsemmija fid-Direttiva dwar il-Ħabitats u ftit benefiċċju għad-dakkara mill-Istrateġija tal-Bijodiversità tal-UE.
Mist. 11 –
Din il-mistoqsija tirrigwarda l-pajjiż tiegħek (jew reġjun) - Pajjiżi differenti għandhom approċċi differenti, l-Olanda, l-Ingilterra, l-Iskozja, Wales, l-Irlanda kollha, Franza u n-Norveġja biss għandhom pjanijiet nazzjonali għad-dakkara. Pajjiżi mingħajr pjan x'aktarx li ma jmorrux tajjeb. Tabilħaqq, peress li m'hemmx pajjiżi li jistgħu jgħidu li reġġgħu lura t-tnaqqis tad-dakkara tagħhom, huwa diffiċli li tirrimarka aħjar minn "Mhux tajjeb"!
Mist.12 –
Ħafna - fil-livelli kollha! (Ħlief forsi f'xi bliet ewlenin - pereżempju Urban Buzz)
Mist. 13 –
L-azzjonijiet kollha elenkati jistgħu jgħinu lid-dakkara. Ikollna ngħidu li dawk b'tipa grassa hawn taħt huma essenzjali (i.e. 'Importanti ħafna'), l-oħrajn huma importanti, forsi importanti ħafna, iżda mhux essenzjali għall-azzjoni mill-UE, jew li għandhom potenzjal għal approċċi alternattivi.
Riċerka riċenti wriet li t-tniġġis mid-dawl jista’ jirriżulta fi tnaqqis ta' 13% tad-dakkir minħabba l-impatti tiegħu fuq il-moths.
Il-Ħames Parti- Rimarki Finali
Dan huwa dak li qal Buglife, imma jekk għandek ħin jekk jogħġbok agħti l-kummenti tiegħek: -
"Huwa essenzjali li l-UE tieħu azzjoni soda u b'saħħitha biex treġġa’ lura t-tnaqqis tad-dakkara.
Bħala minimu, dan għandu jinkludi: 1) restawr ta' netwerk mifrux ma' l-UE kollha tal-ħabitats tal-flora selvaġġa; 2) tindirizza lura pagamenti tal-PAK biex isostnu s-servizzi tad-dakkir; 3) riforma tar-regolament tal- pestiċidi biex tipprevjeni ħsara futura lin-naħal; 4) ittejjeb il-bijosigurtà tal-ħamrija u fil-kummerċ tal-pjanti tal-qsari.
Sabiex ikun jista’jiġi ġġudikat jekk l-UE reġġgħetx lura t-tnaqqis tad-dakkara, huwa essenzjali li jiġi stabbilit programm sistematiku ta' monitoraġġ tad-dakkara fit-tul, tassonomikament wiesa’.
Din hija opportunità biex turi kif l-UE tista' tissodisfa l-impenji ambjentali tagħha, inkluż li "għandha tkun prijorità li l-ħsara ambjentali tiġi rettifikata".
Għal aktar tagħrif dwar it-theddid li jiffaċċjaw id-dakkara fl-Ewropa u s-soluzzjonijiet li jirriżultaw għall-UE u l-Istati Membri, jekk jogħġbok niżżel il-karta ta' pożizzjoni konġunta sottomessa minn Buglife u Butterfly Conservation Europe.
Matt Shardlow
25 ta’ Jannar, 2018